Fl-aħħar minuti, l-awtoritajiet Ukreni qalu li s’issa nqatlu aktar minn 2,000 persuna ċivili fl-invażjoni tar-Russja, li bdiet kważi ġimgħa ilu.

L-ambaxxata tal-Ukrajna fit-Turkija tat iċ-ċifra, u kkwotat is-Servizz tal-Emerġenza tal-Istat tal-Ukrajna.