Il-miri tal-isplużjonijiet ta’ Kiev għadhom mhux magħrufa
Splużjonijiet qawwija nstemgħu fil-kapitali Kyiv u fi bliet Ukraini oħra mill-Erbgħa bil-lejl sal-Ħamis filgħodu.
Mill-inqas erba’ splużjonijiet kbar għall-ħabta tat-03:00 ħin lokali xegħlu s-sema bil-lejl fi Kyiv u nqabdu mix-xhieda fuq filmat.
Mhux ċar x’kienu l-miri tal-attakk, jew kemm nies setgħu weġġgħu jew mietu.
L-isplużjonijiet seħħew sigħat wara li splużjoni kbira qrib l-istazzjon ċentrali tal-ferrovija ta’ Kiev heżżet il-belt. Dan ġara qrib ħafna ta’ fejn mijiet ta’ persuni evakwati qed jieħdu kenn mill-ghadu.
Konsulent tal-Ministeru tal-Intern tal-Ukrajna qal li l-ħsara lill-infrastruttura kienet ikkawżata mit-tifrik ta’ missila li waqa’ wara li kienet ġiet interċettata minn sistemi ta’ difiża tal-ajru.