Sirena mummifikata li jingħad li tagħti l-immortalità lil min iduq laħamha se tiġi mistħarrġa minn xjenzati sabiex tiġi żvelata n-natura vera tagħha.

Il-kreatura misterjuża ta’ 12-il pulzier allegatament inqabdet fl-Oċean Paċifiku, ‘il barra mill-gżira Ġappuniża ta’ Shikoku, bejn l-1736 u l-1741, u issa tinsab miżmuma f’tempju fil-belt ta’ Asakuchi.

B’wiċċ imbgħir, snien bil-ponta, żewġ idejn, u xagħar fuq rasha, għanda dehra umana stramba, ħlief għan-nofs ta’ isfel li qisu ħuta.

Issa riċerkaturi mill-Università tax-Xjenza u l-Arti ta’ Kurashiki ħadu l-mummy għal skanjar fi sforz biex jiżvelaw is-sigrieti tagħha.