Il-klabb tal-futbol tiegħu kien fil-Portugall għal logħba tan-knockout tal-Europa League meta rċieva l-aħbar.

Vernydub vvjaġġa mill-Portugall lejn ir-Rumanija, u mbagħad lejn Tiraspol fit-Transnistria qabel wasal l-Ukrajna nhar is-Sibt 26 ta’ Frar.

Sal-Ħadd kien irreġistra fl-armata.

In-nies qrib tiegħi ppruvaw iwaqqfuni,” qal Vernydub li ghandu 56 sena. “Marti, uliedi, neputijieti. Bqajt sod u nirringrazzja lil marti talli appoġġjatni.”

Mhux permess li jiżvela x’inhu r-rwol tiegħu fl-armata, qal lil BBC Sport.

“F’kull minuta aħna lesti li mmorru fejn jgħidulna. Għadni ma użajtx l-arma tiegħi imma lest, dejjem. Kull ħin.”