Kim Kardashian hija ‘single’ għal darb’oħra wara kważi tmien snin miżżewġa lil Ye, li qabel kien magħruf bħala Kanye West.

F’seduta tal-qorti virtwali nhar l-Erbgħa, l-istilla tar-realtà nehhiet ukoll uffiċjalment u legalment “West” mill-kunjom tagħha.

Kardashian, li ressqet id-divorzju mir-rapper is-sena l-oħra, għamlet it-talba f’Diċembru biex issir single legalment.

L-eks koppja xorta trid issolvi t-tqassim tal-proprjetà u l-kustodja tal-erba’ wliedhom.