Il-ministeru tad-difiża tar-Russja ħabbar waqfien mill-ġlied temporanju u l-ftuħ ta’ kurituri umanitarji għaċ-ċivili mill-10:00 ħin ta’ Moska is-Sibt minn żewġt ibliet fix-Xlokk tal-Ukrajna, Mariupol u Volnovakha

Ir-Russja tgħid li qablet ir-rotot’ il barra mill-ibliet man-naħa tal-Ukrajna, iżda għad ma kien hemm l-ebda konferma ta’ dan mill-Ukrajna

Mariupol hija belt tal-port ewlieni u ilha assedjata mill-forzi Russi għal diversi jiem. Kien hemm ukoll ġlied qawwi f’Volnovakha

Aktar kmieni, is-sindku ta’ Mariupol appella biex iċ-ċivili jitħallew jitilqu fost dak li sejjaħ “imblokk” mill-forzi Russi

F’postijiet ohra l-ġlied qed ikompli bi splużjonijiet instemgħu f’Kharkiv, fil-Grigal tal-Ukrajna