L-organizzazzjoni umanitarja li kellha tissorvelja l-evakwazzjoni ta’ Mariupol u Volbovakha illum is-Sibt iddeskriviet ix-xeni hemmhekk u fi bliet oħra fl-Ukrajna bħala ta’ qsim il-qalb.

Il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC) qal li l-prijorità tiegħu kienet is-sigurtà u l-benessri taċ-ċivili kollha li jgħixu f’sitwazzjonijiet terribbli fl-Ukrajna.

“Aħna nibqgħu fi djalogu mal-partijiet dwar il-mogħdija sikura taċ-ċivili minn bliet differenti milquta mill-kunflitt,” qalu l-ICRC.

Hija appellat lil dawk involuti fil-ġlied “biex jipproteġu ċ-ċivili u l-infrastruttura ċivili” skont il-liġi internazzjonali.