Ir-Russja qed tolqot miri ċivili fl-Ukrajna, inklużi sptarijiet, nurseries, u skejjel, qalet id-deputat Prim Ministru Ukren,

Olha Stefanishyna sostnietniet li wara reżistenza qawwija mill-armata Ukrena, kien hemm operazzjoni enormi mir-Russja kontra ċ-ċivili.

Hija akkużat lir-Russja bi pjan terroristiku, b’attakki ġejjin mill-ajru u anke mill-art.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet ukoll li l-faċilitajiet tas-saħħa qed jiġu attakkati.

Il-WHO kkonfermat diversi attakki fuq il-kura tas-saħħa fl-Ukrajna, li kkawżaw imwiet u korrimenti qal id-direttur ġenerali tad-WHO Tedros Adhanom Ghebreyesus.