Iċ-Champions Ħamrun Spartans irritornaw għar-rebħ wara nuqqas ta’ 7 logħbiet, fejn aktar kmieni illum ghelbu lil Santa Lucia 1 – 0.

Wara taqsima mingħajr gowls, l-iSpartans ħarġu aħjar fit-tieni taqsima u gowl ta Oyama fid-79 minuta kien biżżejjed biex jissiġillaw ir-rebħa.

B’dan ir-riżultat Ħamrun telgħu fir-raba’ post tal-klassifika u għamlu ċert mill-ewwel 6.