Manchester City jilqgħu lill-ġirien Manchester United illum il-Ħadd f’derby li jista’ jkollu effett kbir fuq it-min ser jirhah il-kampjonat tal-Premier League, kif ukoll fuq min ser jispiċċa mal-ewwel erbgħa.

Il-leaders ta’ Pep Guardiola jinsabu tliet punti fuq l-eqreb rivali Liverpool wara r-rebħa ta’ 1-0 tar-Reds kontra West Ham il-bierah.

Meta mistoqsi dwar id-derby ta’ Manchester wara dik il-logħba f’Anfield, il-manager ta’ Liverpool Jurgen Klopp qal “naturalment aħna interessati fih”.

Jekk is-City jitilfu, Liverpool ikollhom iċ-ċans li jmorru f’ras il-klassifika tal-Premier fi tmiem il-ġimgħa li ġejja, meta jilagħbu s-Sibt waqt li r-rivali tagħhom is-City jilagħbu it-Tnejn ta’ wara.

Fadal 11-il partita, il-United għandhom 47 punt,19 inqas mis-66 tas-City u jinsabu r-raba’ fil-klassifika żewġ punti fuq West Ham fil-ħames post, iżda Arsenal jinsabu fil-ħames post u għandhom tliet logħbiet f’idejhom fuq United.