L-artist lokali Aidan, frisk mill-festival tal-Malta Eurovision ta’ dis-sena, minkejja li ma rebahx dan il-festival, is-suċċess bis-silta ‘Ritmu’ ma kienx biss dak lokali, fejn Aidan spiċċa fit-tieni post, iżda anke barra minn xtutna, fejn ‘Ritmu’ qed tikseb popolarita kbira.

Apparti minn hekk, Aidan għadu kif ħareġ ukoll il-vidjo mużikali, maħdum b’mod professjonali, li permezz tiegħu qajjem ħafna interess mhux biss mill-fans tal-eurovision iżda ma diversi segwaci tal-mużika.