McDonald’s, Coca-Cola u Starbucks ingħaqdu mal-lista ta’ ditti li waqqfu n-negozju fir-Russja minħabba l-invażjoni fl-Ukrajna.

McDonald’s qalet li qed tagħlaq temporanjament madwar 850 restorant tagħha fir-Russja, filwaqt li Starbucks qalet ukoll li l-100 ħanut tal-kafè tagħha se jagħlqu.

McDonald’s qalet li kien hemm “tbatija umana bla bżonn fl-Ukrajna”, u Coca-Cola sejħet il-gwerra “traġika”.

It-tliet ditti qalu li se jkomplu jħallsu l-istaff tagħhom.

Il-kap eżekuttiv tal-McDonald’s Chris Kempczinski qal f’memo lill-persunal: “Il-kunflitt fl-Ukrajna u l-kriżi umanitarja fl-Ewropa kkawżaw tbatija li ma titfissirx lil nies innoċenti.” Il-kumpanija qalet li kien “impossibbli li wieħed ibassar” meta se terġa’ tiftaħ.

“Bħala sistema, ningħaqdu mad-dinja biex nikkundannaw l-aggressjoni u l-vjolenza u nitolbu għall-paċi.”

Il-kumpaniji kienu taħt pressjoni biex jaġixxu hekk kif il-vjolenza Russa kontra ċ-ċivili eskalat.