Il-President Russu Vladimir Putin appella biex voluntiera barranin ikunu jistgħu jiġġieldu kontra l-forzi Ukreni.

Meta tkellem waqt laqgħa tal-kunsill tas-sigurtà Russu, huwa qal li dawk li riedu joffru volontarjat biex jiġġieldu mal-forzi appoġġjati mir-Russja għandhom jitħallew jagħmlu dan.

Il-Ministru tad-Difiża Russu Sergei Shoigu qal li hemm 16,000 voluntier fil-Lvant Nofsani lesti biex jiġġieldu flimkien mal-forzi appoġġjati mir-Russja.

Uffiċjali Amerikani qalu li dawn jistgħu jinkludu Sirjani tas-sengħa fil-ġlied urban

Moska hija alleata fit-tul tas-Sirja u Putin kien appoġġ ewlieni tal-President Sirjan Bashar al-Assad fil-gwerra ċivili tal-pajjiż.

“Jekk tara li hemm dawn in-nies li jridu minn jeddhom, mhux għall-flus, jiġu biex jgħinu lin-nies li jgħixu f’Donbas, allura rridu nagħtuhom li jridu u ngħinuhom jaslu fiż-żona tal-kunflitt,” Putin qal lill-ministru tad-difiża tiegħu

Is-Sur Shoigu ppropona wkoll li s-sistemi ta’ missili kontra t-tankijiet tal-Punent maqbudin jingħaddu lil ġellieda ribelli appoġġjati mir-Russi fir-reġjuni Ukraini separati ta’ Luhansk u Donetsk fir-reġjun ta’ Donbas.

“Jekk jogħġbok agħmel dan,” temm jgħid Putin