Ed Sheeran qal fil-Qorti li ma seraqx ideat minn kittieba tal-kanzunetti mhux magħrufa mingħajr kreditu.
Il-kantant-awtur ġie akkużat minn żewġ kittieba oħra li kkopja partijiet mis-suċċess tiegħu tal-2017 Shape Of You.
L-avukat ta’ Sami Chokri u Ross O’Donoghue issuġġerixxa li Sheeran jittratta lil kittieba ta’ kanzunetti inqas magħrufa b’mod differenti minn dawk famużi.
Sheeran ċaħad dan, u qal lill-qorti li kien ikkopja partijiet minn kanzunetti b’ħafna artisti mhux magħrufa.
Shape of You kienet in-numru wieħed għal 14-il ġimgħa fir-Renju Unit fl-2017, u saret l-aktar kanzunetta tas-sena li nbiegħet madwar id-dinja.