‘I Am What I Am’ hija l-kanzunetta li Malta ser tipparteċipa biha fil-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena f’Mejju li gej. Minkejja li l-festival lokali intrebaħ bis-silta ‘Out Of Sight’, f’intervista dalgħodu Emma Muscat ikkonfermat dan it-tibdil.

Iktar tard illum ukoll ser joħroġ il-vidjo ta’ ‘I Am What I Am’, mahdum minn Warner Music ta’ l-Italja.