Persuna waħda nqatlet u sitta ndarbu wara li missila Russa laqtet triq residenzjali fi Kyiv, Qed isostnu l-awtoritajiet Ukreni.

Id-debris tal-missila qerdu xarabank u bini residenzjali fid-distrett ta’ Kurenivka tal-kapitali wara li ġew interċettati mid-difiżi tal-ajru tal-Ukrajna, jgħid is-Servizz tal-Emerġenza tal-Istat tal-Ukrajna.

Il-karozza tal-linja ma kienet qed iġorr l-ebda passiġġier iżda nqerdet għal kollox.