Bumbardamenti kbar Russi sfurzaw lir-residenti ta’ xi rħula u bliet Ukraini biex jidfnu ċivili mejta f’oqbra tal-massa fejn ħafna vittmi ma ġewx identifikati.

Ma nistgħux nidifnu l-vittmi f’oqbra privati, peress li dawk huma barra l-belt u l-perimetru huwa kkontrollat mit-truppi Russi,” qal il-viċi sindku ta ‘Mariupol Serhiy Orlov meta tkellem ma’ l-istazzjon BBC.

Għal kważi ġimgħatejn Mariupol, belt strateġika tal-port, ilha that assedju kuljum minn missii Russi. L-eluf ta’ residenti, nieqsa mill-ikel u l-ilma, qed jinħbew fil-kantini.

F’Bucha, subborg ta’ Kyiv maqbud mir-Russi, 67 katavru ġew midfuna f’trinka..

U Chernihiv assedjat fit-tramuntana qed juża wkoll ċimiterju temporanju, peress li l-ġlied għamel dak prinċipali inaċċessibbli.

Id-dfin bla ċerimonji huma xokkanti għall-Ukraini għax huma jkunu qed jistennew riti Kristjani.