Il-gwerra għandha tintemm sa kmieni f’Mejju, qed isostni konsulent Ukrain

Konsulent tal-gvern Ukren qal li jistenna li l-gwerra tispiċċa sa mhux aktar tard mill-bidu ta’ Mejju, meta r-Russja tispiċċa bla-riżorsi biex tattakka lill-ġar tagħha.

“Naħseb li mhux aktar tard minn Mejju, kmieni f’Mejju, għandu jkollna ftehim ta’ paċi,” qal Oleksiy Arestovich, konsulent taċ-chief of staff tal-President Ukren, tard it-Tnejn.

Il-Pentagon qabel kien sostna li r-Russu qed jipprova jirrekluta Sirjani biex jiġġieldu fl-Ukrajna – għalkemm dan ma ġiex ivverifikat.

Arestovich mhux involut personalment fit-taħditiet bejn l-Ukrajna u r-Russja.