Andrea Alamango, żagħżugħ ta’ 28 sena minn Ħal Luqa tilef ħajtu traġikament f’ ħabta bejn żewġ muturi t-Tlieta filgħaxija fil-Gżira.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li seħħet ħabta bejn żewġ muturi għall-ħabta tal-11.00pm fi Triq Mikiel Anton Vassalli.

Ġuvni tampar il-vittma li kien qed isuq il-mutur l-ieħor involut fil-ħabta sofra ġrieħi ħfief.