Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li t-taħditiet ta’ paċi mar-Russja qed ikunu aktar realistiċi, iżda għad hemm bżonn iż-żmien biex jintlaħaq xi tip ta ftehim.

Fl-aħħar indirizz tiegħu fuq Facebook, huwa qal li r-rebħa fuq ir-Russja teħtieġ il-ħidma taċ-ċittadini Ukraini kollha, inkluż it-tim tan-negozjar li bħalissa qed ikollu taħdidiet li għaddejjin permezz ta’ Zoom.

Ir-Russja kompliet tagħfas lill-Ukrajna biex tirrinunzja formalment għal kwalunkwe intenzjoni li qatt tissieħeb fin-NATO, u tagħraf formalment il-provinċji separati ta’ Donetsk, Luhansk u l-Krimea.

It-taħditiet mistennija jkomplu nhar l-Erbgħa.

Kif qed jigi rrapurtat, Zelensky nhar it-Tlieta deher jammetti li l-Ukrajna mhux se tingħaqad fin-Nato.

In-negozjatur Ukren Mykhailo Podolyak qal li kien hemm “kontradizzjonijiet fundamentali” waqt it-taħditiet, iżda “ċertament lok għal kompromess”.