Illum ġie mħabbar li r-restrizzjonijiet ser jitilqu (kważi) għall-kollox fil-Jiem li ġejjin.

F’konferenza tal-aħbarijiet il Ministru għas-saħħa Chris Fearne qal li mill-10 ta’ April, se jkunu jistgħu isiru attivitajiet tal-massa ġewwa jew barra bla limitazzjonijiet, ġewwa se jkunu limitati għall-persuni mlaqqma.