Residenti Ukreni fosthom Nisa u Tfal li kienu qed jieħdu kenn f’teatru spiċċaw fil-mira deliberata ta’ bombardieri Russi.

Rapporti qed jgħidu li aktar minn 1,000 ruħ kienu qed jieħdu kenn fit-teatru meta kien fil-mira tal-forzi ta’ Moska, minkejja messaġġ kbir li wissa dwar il-preżenza ta’ tfal viżibbli mis-sema.

Il-bdot mill-ajruplan ra dan il-kliem, u xorta waħda ibbumbardja t-teatru drammatiku qed jgħid Gurin, membru parlamentari Ukren.

S’issa għad mhux ċert jekk weġġgħux nies, jew kienx hemm imwiet imma jidher li ħafna minnhom baqgħu salvaw dan l-attakk barbaru.