Protesta stramba waqqfet logħba tal-kampjonat Premier il-bieraħ filgħaxija meta rabat għonqu mal-lasta b’CABLE TIES u kellu bżonn intervent biex jinħeles.

Ix-xena f’Goodison Park ħadet xejra saħansitra aktar stramba meta partitarju ieħor mill-folla mbagħad ġera fil-grawnd u pprova jattakka lir-raġel talli ħarbat il-partita.

Ir-referee Craig Pawson waqqaf il-logħob hekk kif daħlu stewards, pulizija u uffiċjali tas-sigurtà biex joħorġu lir-raġel mill-grawnd.