Hekk kif il-votazzjoni fl-Elezzjoni Ġenerali tibda b’mod bikri min għada s-Sibt, il-Kummissjoni Elettorali fakkret lil votanti li ħadd ma jista’ jieħu ritratt jew filmat ta kif ivvota.

L-istess kummissjoni qalet fi stqarrija li kull tip ta apparat li jieħu ritratti jew filmati huma projbiti fil-postijiet tal-votazzjoni.

Jekk persuna tinstab ħatja li ħadet ritratt ta’ kif ivvotat tista’ teħel multa u priġunerija.