Kosmonauti Russi waslu fl-Istazzjon Spazjali Internazzjonali lebsin kuluri Ukrajni, f’dik li tidher li hi stqarrija li topponi l-invażjoni.

It-tliet irġiel kienu l-ewwel li wasslu fl-ispazzju mindu r-Russja attakkat lill-ġar tagħha ix-xahar li għadda.

Kienu milqugħa bil-qalb abbord, jgħannqu u sellmu lill-ekwipaġġ sħabhom Amerikani, Russi u Ġermaniżi.

L-ISS huwa proġett konġunt bejn ir-Russja, l-Amerika, il-Kanada, il-Ġappun u diversi pajjiżi Ewropej.

Hija mmexxija minn sħubija bejn l-Istati Uniti u r-Russja li ilha għaddejja għal għoxrin sena minkejja t-tensjonijiet li jvarjaw bejn iż-żewġ poteri dinjija.

Il-mument ġie streaming live kemm min-Nasa, l-aġenzija spazjali Amerikana, kif ukoll mill-aġenzija Russa Roscosmos.