Uffiċjali tal-Ukrajna mill-kunsill tal-belt ta’ Mariupol jgħidu li l-qawwiet Russi bbumbardjaw skola fejn 400 persuna kienu qed jieħdu kenn is-Sibt.
F’aġġornament fuq Telegram, jgħid li l-bini nqered u n-nies jinsabu taħt it-terrapien. Nisa, tfal u anzjani kienu fl-iskola, qalu l-uffiċjali
S’issa m’hemm l-ebda informazzjoni dwar il-kundizzjoni ta’ dawk il-persuni milquta.