Minn meta bdiet l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna fl-24 ta’ Frar, mill-inqas 117-il tifel u tifla inqatlu u aktar minn 155 oħra indarbu fil-pajjiż, qed jirrapporta l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukrajna.

Il-biċċa l-kbira tal-imwiet ġew irrappurtati madwar il-kapitali Ukrajna Kyiv (58) u fil-belt ta’ Kharkiv (40).

Iżid li f’Kharkiv, tank Russu allegatament laqat karozza ta’ familja li kienet qed tivvjaġġa b’żewġt itfal.

Il-prosekuturi qed jgħidu wkoll li rreġistraw 548 każ fejn intlaqtu skejjel u faċilitajiet edukattivi oħra, li 72 minnhom inqerdu għal kollox.

Żidu jgħidu li ċ-ċifri li jirrappurtaw mhumiex konklussivi minħabba diffikultajiet biex jaċċessaw jew jispezzjonaw siti f’xi partijiet tal-pajjiż