Minn studju maħruġ mill-Università ta’ Oxford, jidher li min ikun pożittiv bil-Covid-19, dan jista’ jikkawża li jiċkien il-moħħ, apparti l-ħsara fis-sens tax-xamm ukoll. Dan l-effett ħareġ kemm f’nies li kienu rikoverati fl-isptarijiet u anke f’dawk li baqgħu fid-djar tagħhom.

Il-moħħ jista’ jiċkien bejn 0.2 sa 2 fil-mija. Effetti oħra li ħareġ minn dan l-istudju juri li l-Covid-19 jista’ jħalli effett fl-attenzjoni, veloċità ta’ l-ipproċessar ta’ l-informazzjoni, konċentrazzjoni u anke nuqqas fil-memorja.