Is-soap opera popolari Awstraljana rat it-twelid tagħha fit-18 ta’ Marzu, 1985, grazzi għal Reg Watson. F’din is-soap opera ħadu sehem diversi atturi, fosthom ukoll il-kantanti Jason Donovan u Kylie Minogue. Apparti dawn, f’xi episodji dehru ukoll Chris Lowe tad-duo Pet Shop Boys, Emma Bunton u Lily Allen.

Fit-3 ta’ Marzu ta’ din is-sena ġie ikkonfermat li wara dawn is-snin kollha, eżattament 37 sena, ser jinżel is-separju fuq din is-soap opera.