Ġurnalista Russa inqatlet waqt attakk mill-forzi Russi fil-kapitali Ukrena Kyiv.

Oksana Baulina kienet qed tirrapporta minn Kyiv għall-websajt investigattiva The Insider.

Baulina ħadmet ukoll għall-fondazzjoni kontra l-korruzzjoni tal-figura tal-oppożizzjoni Russa Alexei Navalny, u kien telaq mir-Russja.

Is-sena li għaddiet il-fondazzjoni saret illegali u tqieset bħala estremista mill-awtoritajiet, u kawża ta hekk ħafna mill-ġurnalisti tagħha kellhom jaħarbu mir-Russja.

Persuna oħra nqatlet u tnejn oħra sfaw midruba f’dan l-attakk.