Uffiċjalment ħarġet l-aħbar li Harry Styles ħa joħroġ it-tielet album tiegħu, bl-isem ta’ ‘Harry’s House’. Dan l-album se jkun għal bejgħ mill-20 ta’ Mejju ta’ dis-sena. Interessanti ħafna dik li possibbilment ser tkun il-qoxra ta’ dan l-album, fejn naraw lil Harry innifsu fil-living room, iżda li mhux normali hu li l-living room hija fir-realta bil-maqlub.

Il-kurżità għal dan it-tielet album ta’ Harry hija ferm kbira, wara s-suċċess li kellu t-tieni album tal-kantant fl-2019, ‘Fine Line’. L-istil uffiċjali ta’ dan l-album għadu mhux magħruf iżda dawn il-kurżitajiet ser jinqataw daqt, inkluż dik li mistennija tkun l-ewwel single mill-album il-ġdid.