Il-drummer mal-grupp rock Amerikan Foo Fighters, Taylor Hawkins, miet fl-età ta’ 50 sena.

Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, il-banda qalet li hija “devastata mit-telfa traġika u mhux f’waqtha”. L-ebda kawża tal-mewt ma ngħatat.

Hawkins ilu ma’ Foo Fighters għal aktar minn għoxrin sena, u ingħaqad ftit wara li spiċċaw jagħmlu l-album tagħhom tal-1997 The Color and the Shape.

Il-band bħalissa għaddejja minn tour fl-Amerika t’Isfel.

“L-ispirtu mużikali tiegħu u d-daħk infettiv tiegħu se jgħixu magħna għal dejjem,” kitebu Foo Fighters fuq il-midja soċjali.

“Qalbna tmur lil martu, lil uliedu, u lill-familja tiegħu, u nitolbu li l-privatezza tagħhom tiġi ttrattata bl-akbar rispett f’dan iż-żmien diffiċli.”