Is-sibt 26 ta’ Marzu kien it-tmiem tal-band Genesis, wara li għamlu l-ahhar wirja tagħhom fil-kunċerti ‘The Last Domino?’ ġewwa Londra. Fit-tmiem ta’ l-ahhar kunċert, Phil Collins qal lil dawk preżenti li issa irid ifittex xogħol ġdid. Phil għamel il-kunċert kollhu bilqegħda minħabba diversi kundizzjonijiet li għandu fis-sahha tiegħu.

B’bejgħ ta’ il-fuq minn 100 miljun album, 21 diska fl-aqwa 40 fil-klassifika Ingliża, kif ukoll 6 albums li waslulhom fil-quċċata tal-klassifika. F’dan il-kunċert, Phil Collins kien ma’ sħabu tal-band Genesis, Mike Rutherford u Tony Banks. Peter Gabriel, il-kantant originali ta’ Genesis, ma ippartecipax f’dawn il-kunċerti, għalkemm kien preżenti, u lanqas il-kitarrist Steve Hackett.

Genesis ser jibqaw popolari għal diversi diski popolari fosthom ‘Mama’, ‘That’s All’, ‘Land Of Confusion’, ‘I Can’t Dance’ u ‘Jesus He Knows Me’.