Il-kapijiet tal-Oscars kellhom taħditiet ta’ emerġenza sigrieti dwar jekk Will Smith għandux jitneħħa mit-titlu tal-Aħjar Attur wara li ta daqqa ta’ ħarta lill-komiku Chris Rock fuq il-palk.

Rapporti qalu li membri furjużi tal-Akkademja ngħaqdu ghal-laqgħa fuq Zoom u talbu li l-istilla ta’ Men In Black jitkeċċa wkoll mill-organizzazzjoni prestiġjuża minħabba l-imġieba tiegħu.