Il-wegħda tar-Russja li tnaqqas l-operazzjonijiet militari madwar Kyiv u t-Tramuntana tal-Ukrajna ma jirrappreżentax waqfien mill-ġlied, qal in-negozjatur ewlieni ta’ Moska f’taħditiet mal-Ukrajna.

“Dan mhux waqfien mill-ġlied iżda din hija l-aspirazzjoni tagħna, li gradwalment nilħqu tnaqqis fil-konflitt għall-inqas fuq dawn il-fronti,” qal Vladimir Medinsky f’intervista mal-aġenzija tal-aħbarijiet TASS.