Il-Papa Franġisku ser ikun f’Pajjiżna fi tmiem il-ġimgħa u fost il-lokalitajiet li ser jgħaddi minnhom ser ikun hemm dik tal-Ħamrun.

Dan is-sit tkellem mas-sindku is-sur Christian Sammut dwar din il-miġja u qal li l-Ħamrun ser ikun qed jagħti merħba sabiħa lil Papa Franġisku.

Is-sindku kompla billi qal ser ikun hemm il-parteċipazzjoni ta’ l-għaqdiet Ħamruniżi bis-sehem ta’ tlett baned u scouts li ser jagħmlu atmosfera sabiħa.

Il-kunsill lokali ħareġ avviż fuq lil-paġna ta’ Facebook li jgħid:

Il-Kunsill Lokali Ħamrun jixtieq javża li minħabba z-zjara tal-Papa fil-Hamrun nhar il-Hadd 3 ta’ April 2022 ( bejn 9.00am sa 10.00am ) ma jista’ jsir l-ebda parking fit-Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun bejn is-Sibt 2 ta’ April 2022 mis-1.00pm sal-Hadd 3 ta’ April 2022 sal-11.00.

Nitolbu l-għajnuna tagħkom.