Il-Formula 1 se jkollha t-tielet tiġrija fl-Istati Uniti mis-sena d-dieħla wara li kisbet ftehim għal Grand Prix ta’ Las Vegas.

Il-binarju ta’ 3.8 mil se jinkludi porzjon mill-istrixxa famuża tal-belt resort ta’ Nevada.

Se tkun tellieqa bil-lejl u se ssir nhar ta’ Sibt. Id-differenza fil-ħin ta’ tmien sigħat se tfisser li tixxandar kmieni l-Ħadd filgħodu fl-Ewropa.

Las Vegas jingħaqad mal-Grand Prix tal-Istati Uniti f’Austin, Texas, u mal-avveniment il-ġdid ta’ Miami, li ser jagħmel id-debutt tiegħu f’Mejju ta’ din is-sena.