Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti sejjaħ għal investigazzjoni indipendenti dwar l-imwiet ta’ ċivili fl-Ukrajna wara li r-Russja ġiet akkużata b’delitti tal-gwerra.

Hekk kif il-forzi Ukraini reġgħu daħlu f’żoni qrib il-kapitali Kyiv wara li r-Russi rtiraw, huma rrappurtaw li sabu mijiet ta’ katavri u oqbra tal-massa fil-belt ta’ Bucha.

Huwa hawn u fl-inħawi tal-madwar li l-BBC iffilmjat kadavri ta’ ċivili fit-toroq, xi wħud b’idejhom u saqajhom marbutin. Ir-Russja qed tgħid li x-xbihat ta’ qtil taċ-ċivili huma ‘’foloz’’.

Jeremy Bowen mill-istazzjon BBC iltaqa’ ma’ omm immnikta fil-periferija ta’ Kiev, li kellha tidfen lil binha stess wara li nqatel minn suldati Russi.