Rapporti qed jgħidu li l-klabb ta’ Old Trafford iddeċieda li jaħtar lill-kowċ attwali ta’ Ajax, Erik ten Hag.

Il-kowċ li għandu 52 sena kien fuq il-lista ta’ erba’ persuni li kienet tinkludi lil Mauricio Pochettino, lill-kowċ ta’ Spanja Luis Enrique u lil Julen Lopetegui ta’ Sevilla.

Ten Hag mistenni jieħu r-rwol fuq bażi permanenti, u jieħu post Ralf Rangnick li kien responsabbli fuq bażi temporanja wara t-tkeċċija ta’ Ole Gunnar Solskjaer.