Illum il-Ġimgħa ser jibda programm ġdid fuq it-televiżjoni lokali, Brillanti.

Il-Preżentatur Joseph Chetcuti kien qed jitkellem ma’ Manuel Chircop fil-programm Morning Crew fuq Radio 105 fejn qal: Dejjem ħlomt li nniedhi sensiela televiżiva PRIME TIME sabiex nippremja u nagħti pjattaforma lill-talenti Maltin li qatt ma ngħataw il-prominenza li jixraqilhom.

BRILLANTI ser jippremja il-ħafna-mużiċisti Maltin u Għawdxin li jiddedikaw tant ħin sabiex jeccellaw fit-talent tagħhom. Xhur ilu infetħu l-applikazzjonijiet u kienu bosta dawk li applikaw. Minnhom intaghzlu 50 sabiex jiġu evalwati minn ġurija ta’ kompetenza mużikali għalja immens.

Il-produzzjoni fl-intier tagħha Maltija, ta’ livell għoli fejn il-premju finali għar-rebbieħ huwa €10,000 CASH u l-opportunità` li jdoqq bħala solista barra minn xtutna kollox imħallas grazzi dejjem għas-support tal-European Foundation for Support of Culture.