Operazzjoni mid-Dwana u l-Pulizija Maltija wasslet biex inqabdet ammont rekord ta’ kokaina fil-Port Ħieles.

Fi stqarrija d-Dipartiment tad-Dwana qal li l-kokaina kienet moħbija f’kontejner li kien fi triqtu lejn il-port ta’ Mersin fit-Turkija u kien għadu kif wasal f’Malta mill-Kolombja.