Mill-inqas 27 persuna mietu u 30 ohra sfaw midruba f’attakk ta’ missili fuq l-istazzjon tal-ferrovija ta’ Kramatorsk.

Tetiana Ihnatchenko, kelliema għall-amministrazzjoni reġjonali ta’ Donetsk, qalet li mill-inqas 27 persuna, inklużi żewġt itfal, inqatlu u 30 persuna sfaw midruba f’attakk ta’ missili Russa fuq stazzjon tal-ferrovija fil-belt ta’ Kramatorsk, fil-Lvant tal-Ukrajna.

L-istazzjon tal-ferrovija ta’ Kramatorsk kien ċentru kruċjali għall-evakwazzjoni taċ-ċivili mir-reġjun ta’ Donbas.