F’kollegament telefoniku waqt il-programm Mid-Dinja Ħamrun fuq Radio 105, Il-Kap eżekuttiv ta’ Ħamrun Spartans wieġeb għall- diversi mistoqsijiet mill-preżentatur Louis Vella.

Is-Sur Marcel Bonnici qal li ir-riżultati ta din is-sena apparti li irrabjaw lis-supporters, iddizapuntaw ukoll lit-tmexxija tal-club u dan wara is-sagrifiċċji finazjarji kbar li saru mill-President, is-sur Joseph Portelli.

Meta mistoqsi dwar ix-xniegħat li Portelli jista’ jħalli l-club jekk ma jidħlux fl-Ewropa, is-sur Bonnici qal li huwa fundamentali għal futur tal-club li jilgħab fl-Ewropa u jekk ma jkunx hekk ikun diżastru.

Segwi l-programm kollhu hawn taħt