Kuruna tar-rużarju magħmula bil-bżieżaq itir fuq il-Ħamrun.
Waqt il-purċissjoni tar-Redentur fi triq il-kbira San Ġużepp il-Ħamrun, nhar it-tlieta filgħaxija ttajjret il-kuruna ta’ bżieżaq li tissimboliża l-paċi.
Fl-isfond tal-Kanzunetta Abba Missierna, il-kuruna ttajjret waqt il-purċissjoni quddiem Daniel’s Mall.
Kelliem għal kumpless Daniel’s qal ma Radio 105 li bħala kumpless xtaqna nipparteċipaw b’mod differenti waqt il-purċissjoni tar-Redentur u tajjarna kuruna tar-rużarju li tissimboliża l-paċi.