Il-pazjent ta’ 20 sena ilmenta minn uġigħ fis-sider u qtugħ ta’ nifs.

Mal-wasla tiegħu fid-dipartiment tal-emerġenza huwa qal lit-tobba li kien mimdud fuq is-sodda jimasturba meta esperjenza s-sintomi għall-ewwel darba.

Wara li ġew eżaminati, it-tobba sabu li l-pazjent Żvizzeru kellu wiċċu minfuħ.

Eventwalment il-mediċi skoprew li kien sofra korriment fil-pulmun ġeneralment ikkawżat minn eżerċizzju rigoruż.

Iż-żagħżugħ kellu jqatta’ lejl fil-kura intensiva u tlett ijiem l-isptar filwaqt li t-tobba ppruvaw itaffu l-uġigħ.