Wieħed mill-bombers nukleari ta’ Vladimir Putin inqabad itir qrib il-fruntiera tal-Ukrajna f’eskalazzjoni militari kbira.

Il-bomber strateġiku TU-160 deher itir fuq il-Punent tar-Russja fost pressjoni kbira fuq il-Kremlin dwar l-għarqa tal-bastiment ewlieni Moskva fil-Baħar l-Iswed.

Filmati llum qabdu erba’ ajruplani li wieħed minnhom kien qed iġorr bombi nukleari fuq ir-reġjun ta’ Kaluga, bejn Moska u l-fruntiera tal-Ukrajna.

L-aħħar attakki mir-Russja kkonċentraw fuq bliet ewlenin fosthom Kyiv u Lviv.