Liverpool komplew juru l-qawwa tagħhom fil-partita kontra r-rivali eterni tagħhom Manchester United b’rebħa konvinċenti ta’ 4 – 0.

Liverpool iddominaw il-partita sa mill-bidu tagħha u marru b’gowl vantaġġ kmieni biex setgħu jikkontrollaw u jagħmlu dak li jridu f’din il-partita.

B’din ir-rebħa Liverpool telgħu f’ras il-klassifika b’76 punt u jistgħu jinqabżu biss minn Manchester City jekk illejla jirbħu l-konfront kontra Brighton