Il-kumpanija tal-istreaming tilfet 200,000 abbonat fl-ewwel tliet xhur tas-sena, Netflix qalet fi stqarrija nhar it-Tlieta.
It-tnaqqis seħħ wara li d-ditta żiedet il-prezzijiet fi swieq ewlenin filwaqt li waqfet is-servizz fir-Russja
F’ittra lill-azzjonisti, Netflix qalet li żieda fir-reġistrazzjonijiet li rat matul il-pandemija kienet “oskura l-istampa”.
Wissiet lill-investituri li qed tistenna li żewġ miljun abbonat ieħor jitilqu fit-tliet xhur li ġejjin sa Lulju.