Il-Ministru tas-saħħa Chris Fearne ħabbar li l-maskri mhux se jibqgħu obbligatorji imkien mit-2 ta’ Mejju ħlief fuq titjiriet, sptarijiet u djar tal-kura, hekk kif issa tneħħew il-biċċa l-kbira tal-miżuri li kien fadal bhala prekawzjoni kontra l-COVID-19.

L-attivitajiet soċjali kollha jistgħu inkluz tigijiet u festi jistghu jerġgħu jibdew b’mod normali

Mhux se jkun hemm bżonn ukoll li tiġi ppreżentata Passenger Locator Form meta tivvjaġġa lejn Malta filwaqt li t-tiġijiet u l-attivitajiet soċjali l-oħra kollha jistgħu jerġgħu jibdew b’mod normali.

U kull min jgħix ma’ pazjent tal-COVID-19 mhux se jibqa’ meħtieġ ipoġġi kwarantina, sakemm ma jkunx qed juri wkoll sintomi tal-virus.

Il-Ministru qal “Irridu nimxu lejn in-normalità, b’responsabbiltà”