Il-bieraħ filgħaxija kienet is-serata tal-klassiċi waqt il-festival Mużika Mużika. Bla ebda dubju l-qofol tas-serata kien meta fuq il-palk Moira Stafrace dehret għall-ewwel darba tkanta mill-mewt ta’ żewġha u l-leġġenda mużikali, Chris. Moira interpretat id-diska “Tgħidlix” fuq kliem ta’ Joe Friġġieri u mużika ta’ Dominic Galea flimkien mal-kantanta bravissima Victoria.

Radio 105 tkellem mal-kantanta Victoria dwar din l-esperjenza indimentikabbli. “Għalija kien unur li naqsam il-palk ma’ leġġenda mużikali Maltija bħal ma hi Moira Stafrace. Meta it-tim tal-produzzjoni ta’ Mużika Mużika avżani li ser inkun qed inkanta magħha waqt is-serata tal-klassici ħassejtni onorata ħafna għax Moira hi artista li dejjem ammirajt.” qaltilna Victoria.

Hekk kif tfaccaw fuq il-palk Moira u Victoria l-udjenza infexxet f’ċapċip kbir li ġie segwit bi standing ovation. Victoria kompliet tgħidilna dwar dan il-mument importanti fil-karriera tagħha. “Bla ebda dubju, dan il-mument mimli emozzjoni ser jibqa f’qalbi.

Fit-tmiem is-serata Victoria ġiet imħabbra bħala waħda mit-12-il finaliti ta’ Mużika Mużika bid-diska “Fittixni” fuq kliem ta’ Lon Kirkop u mużika ta’ Gilbert ‘il-bibi’ Camilleri u ser tkun qiegħda tiftaħ is-serata finali tal-lejla.